“Jeħtieġ ekonomija b’saħħitha għall-futur ta’ uliedna, b’mod speċjali fejn tidħol l-edukazzjoni.”
Kien dan kliem il-Membru Parlamentari, Clyde Puli fejn filwaqt li rrikonoxxa li għaddejjin minn żmien ta’ sfidi fejn jidħlu l-irkupru ekonomiku u impatt fuq l-edukazzjoni, fost oħrajn, hu qal li dan ħareġ il-vulnerabbiltà li ħarġet in-nuqqasijiet fis-sistemà ta’ pajjiżna, liema effetti se jibqgħu jinħassu matul is-snin li ġejjin.
Clyde Puli qal li matul l-aħħar snin taħt Gvern Laburista rajna biss nuqqas ta’ rispett lejn l-edukaturi, nuqqas ta’ pjanar fil-bini tal-iskejjel, u nuqqas ta’ pjanar fis-sistemà edukattiva tant li ippreżentaw biss ħolm fl-ajru fejn tidħol l-edukazzjoni.
“Għandna bżonn ta’ viżjoni tajba,” qal Clyde Puli. “Għandna bżonn ta’ viżjoni li hi bbażata fuq pilastri importanti. L-ewwel nett li nassiguraw li uliedna jirnexxu lkoll. Jiġifieri dan jirrikjedi sens ta’ ġustizzja soċjali. Edukazzjoni li tiftaħ l-imħuħ. Ta’ żgħażagħ li jitgħalmu u jakkwistaw edukazzjoni ta’ kif jirraġunaw b’mod kritiku f’dinja li qed tinbidel. Irridu nagħmlu tibdil u reviżjoni.”
Clyde Puli qal li fl-aħħar snin rajna biss ministri li marru lura minn kelmthom wara li żbaljaw fil-politika… liema politika taħdem għan-nies u l-futur tal-Maltin u l-Għawdxin. Hu qal li wara l-isfidi li esperjenzajna u għadna nesperjenzaw kawża tal-pandemija, hemm bżonn nitgħalmu u naddattaw għall-futur.
//= $special ?>