Hekk kif aktar kmieni din il-ġimgħa telgħu il-poloz għall-eEuro 2021, Malta ġiet fi Grupp E li jikkonsisti fit-timijiet tas-Serbia, li ġew fit-tieni post fl-ewwel edizzjoni, il-Bosnia Herzegovina, ir-Russja u l-Armenja.
Wara diversi rawnds ta’ kwalifikazzjoni bejn il-komunita’ tal-PES f’Malta, Neil Abela, Sean Desira, Matthew Tonna u Osbert Ellul Hili kisbu post sabiex jirrapreżentaw lit-tim Malti fit-tieni edizzjoni tal-kampjonati tal-eEuro 2021.
Dawn il-partiti se jintlagħbu bejn il-15 ta’ Marzu u s-26 t’ April b’dawk li jikkwalifikaw jgħaddu dirett għat-turnament finali li se jsir fid-9 u l-10 ta’ Lulju, f’Londra.
//= $special ?>