Mara ta’ 75 sena minn Ħ’Attard qed isofri grieħi gravi wara li ttajret fi Triq il-Pitkali, Ħ’Attard. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10am tal-Ħadd.
Permezz ta’ stqarrija l-pulizija qalu li mara ta’ 75 sena residenti Ħ’Attard, intlaqtet minn Citroen C3 li kienet qiegħda tinstaq minn mara ta’ 73 sena residenti Ħ’Attard ukoll.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna fil-post lill-vittma filwaqt li ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.
//= $special ?>