Coronavirus Lokali Saħħa

Mara ta’ 60 sena tmut id-dar kaġun tal-Covid-19 – 138 każ ġdid

Tliet persuni tilfu ħajjithom kaġun tal-Covid-19, b’mara ta’ 60 sena tkun vittma tal-imxija, hekk kif mietet fir-residenza tagħha. Iż-żewġ vittmi l-oħra huma raġel ta’ 64 sena u mara ta’ 72 sena li mietu fl-isptar Mater Dei. It-total ta’ vittmi fl-aħħar 48 siegħa huma 5 filwaqt li mill-bidu tal-pandemija ‘l hawn il-vittmi telgħu għal 293.

Bejn is-Sibt u l-Ħadd instabu 138 każ ġdid tal-Coronavirus f’pajjiżna bit-total tal-każijiet attivi issa żdied għal dak ta’ 2,370. Aħbar pożittiva hi li fl-aħħar sigħat fiequ 109 persuni mill-virus, biex it-total ta’ persuni mfejqa huwa dak ta’ 17,126. In-numru totali ta’ kemm kellna każijiet minn Marzu ‘l hawn huwa dak ta’ 19,789.

Sa issa ngħataw 50,175 il-vaċċin tal-Covid, bi 15,601 ingħataw it-tieni doża.