Tista’ tara d-diskors tal-Kap tal-PN hawnhekk.
“Flimken se nirnexxu, flimkien irnexxejna u flimkien jiena ċert li se nerġgħu nirnexxu”
Messaġġġ b’saħħtu mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta l-Ħadd filgħodu kien qed jindirriza attivita politika fid-Dar Ċentrali.
Bernard Grech qal li jinsab kommess li jkompli bil-ħidma tiegħu sabiex flimkien inkunu parti minn dan il-partit… parti minn din il-bidla, minn din il-paġna ġdida għal pajjiżna.
Huwa qal li lkoll flimkien irridu nkunu pont – “Dan huwa partit wieħed u familja waħda, aħna lkoll irridu l-istess ħaġa li nimxu ‘l quddiem u mmmexxu lil pajjiżna ‘l quddiem. Partit li qed jiġġedded fejn il-ħidma tiegħu qed tissaħħaħ ma’ kull ġurnata li tgħaddi.”
Il-PN qed jilħaq lil kulħadd fl-irħula u fl-ibliet b’messaġġ ta’ tmexxija alternattiva għal dan il-pajjiż.
Il-Kap tal-PN qal li ftit tal-jiem ilu l-Prim Ministru għoġbu jsemmi lil Team Malta. iżda għall kuntrarju ta’ Robert Abela, għall-PN Team Malta jfisser li kulħadd jimxi ‘l quddiem bil-ħiliet tiegħu u mhux skont lil min taf.
Għall-PN ifisser li ħadd ma jkun mhedded li jista’ jispiċċa barra t-triq, jekk għandek proprjetà għandek dritt tgawdija.. li jkollna ekonomija moderna mibnija fuq ix-xogħol u l-ħiliet tal-ħaddema Maltin u li jkollna l-aqwa servizz tas-saħħa. Team Malta għal PN ifisser li nkunu onesti man-nies.
Team Malta tfisser gustizzja fil-ħin u li neredikaw l-inġisttizzji u ntejbu l-pensjonijiet u nieħdu ħsieb lil uliedna u li niggieldu l-korruzzjoni dejjem u kullimkien… isem denju għal pajjiżna u nkunu denji mad-dinja kollha u lkoll naħdmu biex nimxu ‘l quddiem. Irnexxielna nidħlu fl-EU u niddiskutu ma’ pajjiżi oħra Ewropej.
Bernard Grech tkellem ukoll dwar is-settur tat-turiżmu, settur ewlieni fl-ekonomija ta’ pajjiżna. Huwa qal li s-salvazzjoni tal-Air Malta hija kruċjali kemm għal mijiet ta’ ħaddiema li jaħdmu ma’ din il-kumpanija iżda wkoll għal eluf ta’ ħaddiema li l-għajxien tagħhom jiddependi b’mod dirett jew indirett mit-turiżmu.
Settur importanti għal pajjiżna huwa dak tal-energija, fejn il-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem fuq aktar proposti, sabiex il-poplu Malti u Għawdxi ikollu l-irħas kontijiet u l-iktar arja nadifa possibbli. “Għalhekk qed inkomplu nfasslu l-istrateġija tagħna fil-qasam tal-enerġija biex dan inwettquh.” Gvern Nazzjonalista jraħħas it-tariffa ta’ matul il-lejl għal karozzi minn 13ċ għal 10ċ5, traħħis ta’ 20%.
Dan wara li din il-ġimgħa l-PN ħabbar wegħda li se jkun qed iwettaq meta jkun fil-Gvern. Bernard Grech qal li “Aħna kommessi bil-fatti li ngħinuk tkompli tgawdi l-investiment li għamilt fil-pannelli tax-xemx tiegħek, għal dawk li skadielhom il-kuntratt tal-Feed-in-Tariff, Gvern Nazzjonalista iħallaskom 10c5 għal kull unit iġġenerat fuq il-bejt tagħkom, minflok is-7c5 li qegħdin tirċievu bħalissa taħt Gvern Laburista… żieda ta’ 30%.”
Bernard Grech qal li paġna ġdida trid tinbena fuq il-fatt li rridu ngħożżu lil xulxin iżda wkoll lin-nies… lit-tfal tagħna…. Fejn dan kollu se jwassal biex tinkiteb paġna ġdida għal pajjiżna.
//= $special ?>