Mijiet ta’ eluf ta’ nies ħarġu fit-toroq tal-ibliet għad-disa’ jum ta’ protesti kontra l-kolp ta’ stat mill-Armata li fih twarrbu l-mexxejja eletti bil-mezzi demokratiċi, fosthom il-Mexxejja ewlenija ċivili, Aung San Suu Kyi.
Sadanittant, il-mexxejja militari ta’ Myanmar, fl-aħħar sigħat, kienu qed jistinkaw biex jikkontrollaw il-konsegwenzi ta’ strajk mill-ħaddiema tal-gvern li jista’ inaqqsilhom mill-kapaċità li jmexxu l-pajjiż fi żmien ta’ inċertezza kbira.
Il-vetturi armati tal-Armata fl-aħħar sigħat kienu preżenti f’Yangon, il-kapitali kummerċjali, għall-ewwel darba mill-kolp ta’ stat tal-Ewwel ta’ Frar.
Sadanittant, l-ambaxxata tal-Istati Uniti fil-pajjiż ħeġġet liċ-ċittadini Amerikani fi Myanmar biex ‘isibu l-kenn fil-postijiet fejn jinsabu’ waqt li kienu għaddejjin il-movimenti militari.
Fl-istess ħin, aktar ħaddiema mad-dipartimenti tal-Gvern qed jissieħbu fil-protesta kontra l-Ġunta – li min-naħa tagħha ordnatilhom biex jirritornaw għax-xogħol fost it-theddid ta’ ‘azzjoni f’waqtha u determinata’.
//= $special ?>