Futbol Sport

Sliema miżmuma minn Gudja United

Ritratt: MFA/Joe Borg

GUDJA ……………1

SLIEMA…………….1

Gudja: G.Zammit, J.Farrugia, A.Friggieri (T.Vella 85’), T.Gusman (J.Brincat 37’), L.Cremona (D.Camilleri 74’), G.Mensah, F.Pankatican, I.Gonzalez, N.Micallef, Vanger (Elton 74’) J.Grioli (H.Vella 76’)

Sliema: J.Galea, M.Sansone, A.Satariano, K.Shaw, J.Cisotti, Denilson, E.Agius (G.Aquilina 80’), D.Holla, R.Kisil (R.Kakinuma 89’), M.Beerman, D.Vukovic

Referee: S.Pace

Assistenti Referees: P.Apap, I.Barbara

Sliema naqsu milli jżidu l-pressjoni fuq ta’ fuqhom meta ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 kontra Gudja United. B’hekk Sliema baqgħu fir-raba’ post tal-klassifika b’36 punt filwaqt li Gudja jinsabu fid-disa’ post b’24 punt, indaqs ma’ Valletta.

Fir-raba’ minuta waslet l-ewwel azzjoni perikoluża għal Gudja meta ballun tajjeb ta’ Vanger Conceicao, sab lil Mensah li ra it-tentattiv tiegħu ikun salvat mill-gowlkiper internazzjonali Malti ta’ Sliema Wanderers Jake Galea. L-ewwel azzjoni denja ta’ nota għal Sliema waslet fit-tlettax-il minuta meta wara azzzjoni maħduma tajba fuq il-lemin bejn Alex Satariano u Michele Sansone, dan tal-aħħar ikkonkluda b’xutt fil-baxx li għadda jħakkek mal-lasta. 

Fit-tieni taqsima Sliema ħarġu jfittxu l-gowl fejn fit-48 minuta il-gowlkiper ta’ Gudja Glenn Zammit wettaq save tajjeb fuq id-daqqa ta’ ras b’saħħitha ta’ Alex Satariano. Mill-corner tal-istess azzjoni, Siema marru fil-vantaġġ meta it-tentattiv ta’ Satariano stampa mal-lasta b’ DANNY HOLLA jirreaġixxi qabel kulħadd u jitfa’ ġewwa għal 1-0.

Madanakollu Gudja irrispondew u ġabu l-gowl tad-draw ftit minuti wara meta fid-59 minuta cross ta’ Jusitn Grioli sab lil GABRIEL MENSAH li ikkonkluda ġewwa mill-viċin għal gowl tal-parita’. Ħames minuti mit-tmiem Sliema kienu viċin il-gowl tar-rebħa meta ix-xutt ta’ Michele Sansone kien salvat tajjeb mill-gowlkiper Glenn Zammit għal skor finali ta’ 1-1.