Internazzjonali

Tliet persuni jitilfu ħajjithom f’żewġ valangi

Tliet persuni tilfu ħajjithom wara li l-Alpi fi Slovenja esperjenzaw żewġ valangi separati fl-aħħar sigħat.

Fl-ewwel valanga, li seħħet is-Sibt, erba’ persuni nqabdu fiha, bi tnejn minnhom jitilfu ħajjithom immedjatament filwaqt li t-tnejn l-oħra nqabdu minn qadhom l-isfel.

It-tieni valanga seħħet tliet sigħat wara waqt li kienet għaddejja l-operazzjoni ta’ salvataġġ għaż-żewġ persuni li nqabdu fl-ewwel valanga. Fit-tieni valanga, persuna mietet filwaqt li persuna oħra sofriet ġrieħi serji. Żewġ persuni oħra sofrew ġrieħi ħfief matul it-tieni valanga.