SIRENS …………0
VALLETTA ………1
Sirens: D.Cassar, J.Pearson, L.Bittaye, W.Domoraud, E.Callegari, J.Walker, S.Tounkara, R.Scicluna, T.Agius (H.Kone 82’), T.Jammeh, T.Espindola
Valletta: H.Bonello, R.Camilleri, T.Caruana (K.Nwoko 70’), S.Malano, M.Piccollo, E.Sala, R.Muscat, L.Aguirre, I.Maric (R.Fenech 46’), M.Fontanella (Y.Cini 93’), L.Campos
Referee: E.Mangion
Assistenti Referees: A.Camilleri , C.Francalanza,
F’partita nieqsa mill-azzjonijiet Valletta ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 f’partita ikkaraterizzata minn tliet karti ħomot. Iż-żewġ timijiet daħħlu għal din il-partita f’nofs il-klassifika tal-Kamjonat BOV Premier b’Sirens fit-tmien post b’Valletta post warajhom fid-disa’ post. B’Sirens u Valletta jsofru disfatti fl-aħħar ħarġiet tagħhom fil-kampjonat, iż-żewġ naħat ħarġu jfittxu li jiksbu punti massimi minn din il-partita sabiex javvanzaw kemm jistgħu ‘il fuq fil-klassifika.
Fl-ewwel minuti tal-partita ftit li xejn kien hemm azzjonijiet perikolużi biż-żewġ timijiet idawwru l-ballun u jistudjaw lill-avversarji. Fi-tnax-il minuta minn cross tajjeb minn fuq il-lemin ta’ Mario Fontanella , Enrico Piccollo ma laħaqx, b’Jonathan Pearson jitfa’ f’corner. Sirens kienu perikolużi fit-28 minuta meta Ryan Scicluna għadda lejn Tounkara Samba li kkonkluda għoli mill-lasti ta’ David Cassar. Fil-31 minuta Sirens spiċċaw bi plejer anqas hekk kif tkeċċa Tamsir Jammeh għat-tieni karta safra, għal daħla kerha bir-ras fuq Eslit Sala.
Bl-ewwel taqsima tintemm 0-0, fit-tieni taqsima il-partita Valletta għafsu aktar fuq l-offensiva. Valletta marru fil-vantaġġ fl-75 minuta meta minn corner minn fuq il-lemin ta’ Ryan Fenech kien ESLIT SALA li għola fuq kulħadd u bir-ras ikkonkluda wara David Cassar għal 1-0. Madanakollu ir-referee Emmanuel Mangion ordna penalty għal Sirens fit-83 minuta meta wara pass tas-sostitut Hamed Kone, Ryan Camilleri waqqa’ lil Samba Tounkara fil-kaxxa, b’konsegwenza li spiċċa mkeċċi wara it-tieni karta safra. Iżda mill-ħdax-il metru inkariga ruħu Wilfred Domoroud li stampa il-ballun mal-lasta bid-difiża ta’ Valletta jbiegħdu l-periklu.
Fi tmiem mill-aktar drammatiku fit-93 minuta Henry Bonello u Latim Bittaye kienu nvoluti f’argument, bir-referee jkeċċi lil Bonello għat-tielet ħamra tal-partita u t-tieni waħda għal Valletta.