Lokali

VOX POP: Ħassejtu n-nuqqas tal-attivitajiet tal-Karnival?

Wasal iż-żmien li jerġa’ jiġi ċċelebrat il-Karnival f’pajjiżna, liema Karnival qed jiġi ċċelebrat b’mod differenti minħabba l-imxija tal-COVID-19… iżda dan ma waqqafx milli d-dilettanti tal-Karnival jagħmlu l-karrijiet, b’din is-sena jżommuhom fuq skala iżgħar filwaqt li dawn tpoġġew madwar Malta kollha.

Fil-fatt, l-attivitajiet għal din is-sena huma addattati biex wieħed xorta waħda jgawdi l-karrijiet li tant iferħu persuni ta’ kull età, iżda billi tinżamm id-distanza fiżika. Saru wkoll għadd ta’ esebizzjonijiet fuq il-midja soċjali.

Net News mar il-Belt Valletta fejn segwa dak li kien għaddej.

U ma jistax jonqos li qed jinħass in-nuqqas taċ-ċelebrazzjonijiet li kienu jsiru fis-snin passati.

Dan il-Karnival qed iġib miegħu tama biex is-sena d-dieħla jittella’ wieħed mill-ikbar spettakli ta’ Karnival li qatt ra pajjiżna – bir-Re tal-Karnival jitpoġġa rasu ‘l isfel bħala simbolu li l-agħar tal-pandemija daqt jgħaddi u nistgħu nerġgħu mmorru lura għan-normalità.

Fost it-temi tal-Karnival għal din is-sena, bla dubju hemm il-Coronavirus kif ukoll San Valentinu.

Ritratti: Martin Agius/Joe Francalanza