Lokali

Żagħżugħa ssofri ġrieħi gravi wara inċident f’San Ġiljan

Arkivji

Żagħżugħa qed issofri ġrieħi gravi wara li lbieraħ, għall-ħabta tal-11.00pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li żagħżugħa ta’ 23 sena u residenti Ħal Qormi, kienet qiegħda ssuq Suzuki Swift, tilfet il-kontroll u konsegwentament kellha impatt ma’ siġra.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.