Internazzjonali

Antonio Tajani se jkun qed imexxi lill-Partit Forza Italia

L-Italja qed tħejji għal kapitlu ġdid fix-xena politika lokali, wara li Antonio Tajani ikkonferma li, ‘il quddiem, se jkun qed imexxi lill-Partit Forza Italia minflok l-eks Prim Ministru Taljan, Silvio Berlusconi.

Tajani, li kien il-President tal-Parlament Ewropew mill-2017 sal-2019, ikkonferma ftit tal-ħin ilu, li Berlusconi stess innominah bħala ‘il-koordinatur nazzjonali’ għal dan il-partit. Hu, intant, sostna li għandu jieħu din ir-responsabbiltà ġdida ‘b’sens ta’ impenn assolut biex jagħti l-aħjar servizz lil pajjiżu.’

Antonio Tajani hu alleat antik ta’ Silvio Berlusconi u meta tal-aħħar — anki fi żmienu bħala Prim Ministru Taljan — kien jirreferi għal Tajani bħala ‘Prim Ministru Taljan tal-futur’. Berlusconi kemm-il darba qal li jammira lil Tajani bħala ‘politiku li jaf sew is-sistemi tat-tmexxija kruċjali tal-Ewropa’.

Kien proprju Tajani li għen lil Silvio Berlusconi biex jidħol fil-politika fil-bidu tad-disgħinijiet u anki serva għal xi żmien bħala kelliem għall-istess Berlusconi.