Huma 156 il-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna li ġew irreġistrati bejn l-Ħadd u t-Tnejn.
Din iċ-ċifra ttella’ għal 19,945 in-numru totali ta’ persuni li ħadu l-virus f’Malta sa mill-bidu tal-firxa tal-pandemija fil-Gżejjer Maltin.
Fl-istess perjodu ta’ ħin fiequ 184 persuna biex issa huma 17,310 dawk il-persuni li fiequ.
Dan kollu tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa, fejn ġie mħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra żewġ vittmi oħra tal-pandemija, raġel ta’ 82 sena li tilef ħajtu f’residenza privata kif ukoll mara ta’ 97 sena li mietet fl-Isptar Mater Dei.
Sabiex it-total ta’ vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna issa qed jammonta għal 295.
B’hekk, il-każi attivi issa jammontaw għal 2,340.
Dan filwaqt li tul il-jum tal-Ħadd ingħataw 1,466 vaċċin – b’664 jingħataw t-tieni doża.
//= $special ?>