Fl-aħħar sigħat irritorna f’pajjiżna l-kowċ Taljan Enzo Potenza fejn se jkun qed jirritorna bħala kowċ mat-tim ta’ Floriana. Kienet il-paġna tal-programm Replay li aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet żvelat din l-aħbar.
Kien fl-24 ta’ Diċembru li għadda li Floriana aċċettaw l-ittra tar-riżenja ta’ Potenza wara li Floriana kienu għaddejijn minn mument ta’ riżultati negattivi liema mument baqa’ għaddej anke wara li John Buttigieg ħa f’idejh it-tmexxija tat-tim. Floriana kisbu l-ewwel rebħa din is-sena nhar is-Sibt kontra Senglea Athletic.
Potenza wassal lil Floriana għar-rebħ tal-Kampjonat fl-istaġun li għadda, kampjonat li wasal wara 26 sena.
//= $special ?>