Żewġ gowls fl-ewwel taqsima kienu biżżejjed biex Chelsea għelbu lil Newcastle u telgħu fir-raba’ post fil-klassifika bi 42 punt daqs West Ham. Fil-31 minuta, Chelsea marru fil-vantagg. Żball minn Karl Darlow, approfitta OLIVIER GIROUD li għeleb lil istess Darlow biex l-ewwel taqsima għalqet b’vantaġġ minimu għal Chelsea. Fid-39 minuta Chelsea meritatament irduppjaw b’ TIMO WERNER japprofitta minn indeċiżjoni ta’ Jamal Lascelles u għeleb lil Darlow bil-gowl ikun konvalidat bil-VAR, bl-iskor jibqa’ ma jinbidilx sa tmiem il-partita.
Rebħa importanti għal West Ham li issa telgħu fir-raba’ post fil-klassifika bi 42 punt. Fil-41 minuta foul ta’ Chris Basham fuq Jesse Lingard. Ir-referee Simon Hooper saffar penalty li minnu DECLAN RICE għeleb lil Aaron Ramsdale. Riżultat li bih intemmet l-ewwel taqsima. Fit-58 minuta minn azzjoni ta’ Aaron Cresswell, kien ISSA DIOP li mill-ġdid għeleb lil Ramsdale. B’Sheffield jonqsu milli jwettqu reazzjoni fil-ħin miżjud, minn azzjoni ta’ Said Benrahma kien RYAN FREDERICKS li kompla jkabbar l-iskor għal 3–0.
//= $special ?>