Therese Comidini Cachia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia qalet li l-barranin b’ċertifikat ta’ residenza għandhom jingħataw l-opportunità jintegraw fis-soċjetà u jiżviluppaw
Fil-parlament Therese Comodini Cachia qalet li ċ-ċertifikat ta’ residenza permanenti fuq il-bażi ta’ investiment minn persuni minn barra l-UE mhux għotja ta’ ċittadinanza iżda dan m’għandux iwassal għal tnaqqis fil-livelli meħtieġa.
L-espjerenza tal-bejgħ taċ-ċittadinanza wriet li min għandu l-fus u kapaċi jagħmel investiment fil-pajjiż mhux bilfors ikunu persuni ideoni li jiksbu ċ-ċittadinanza. Għalhekk għandu jkun hemm kriterji ċari u tal-ogħla liveli fejn l-ammont ta’ flus ma jkunx l-akbar prijorità biex jinkiseb iċ-ċertifikat jew iċ-ċttadinanza.
Id-deputat Nazzjonalista appellat għal due diligence serja li ma tkunx ibbażata biss fuq il-flus għaliex anki min jikseb iċ-ċertifikat ta’ residenza jkun jifforma parti mill-komunità Maltija. Għalhekk hu importanti li jkun speċifikat kemm dawn il-perusni jkunu lesti jipparteċipaw fil-komunità Maltija.
Therese Comodini Cachia kompliet li s-soċjetà Maltija mhix kollha l-istess iżda l-persuni li jingħataw iċ-ċertifikat għandhom jingħataw l-opportunità li jipparteċipaw fis-soċjetà kemm fl-ekonomija kif ukoll fil-mod kif huma jħossuhom sereni u stabbli fil-pajjiż biex jibnu familja.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li biex dan isir trid tispiċċa d-diskriminazzjoni; ftit li xejn qed ikun hemm inizjattivi mill-gvern biex din id-diskriminazzjoni tinqata’.
Għandu jkun hemm ħidma ikbar fl-ugwaljanza biex jiddaħħlu miżuri biex jissaħħaħ l-għarfien dwar id-dannu li toħloq id-diskriminazzjoni fil-pajjiż. L-immigrazzjoni netta fl-2019 laħqet 20,300 persuna li żewġ terzi minnhom kienu rġiel. Minn dawn l-immigranti, l-ikbar numru kienu persuni minn barra l-Ewropa.
Therese Comodini Cachia enfażizzat li Malta hi parti mill-komunità Ewropea u qalet li jrid ikun hemm attenzjoni kif jingħataw il-permessi ta’ residenza iżda dment li dawn jingħataw allura jrid ikun hemm struttura biex dawn il-persuni jintegraw fil-pajjiż.
Hi tkellmet dwar persuni bla pajjiż u bla identità legali, li tagħti aċċessi għall-edukazzjoni, għas-saħħa u biex titwettaq il-ħidma u x-xogħol f’kull aspett tal-ħajja. Dan iġib miegħu diffikultajiet għall-persuni u għas-soċjetà għaliex dawn ikunu persuni mitlufin kemm għall-pajjiż kif ukoll globalment. Dawn jispċċaw vittmi tal-kriminalità għaliex ikunu vulnerabbli.
Therese Comodini Cachia qalet li għandu jkun jkun proċess biex dawn il-persuni jkunu identifikati fil-pajjiż; persuni bla pajjiż jkunu qed jingħataw minn kull aspett tal-ġajja. Fl-2013 Malta irratifikat il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni għall-Persuni Bla Pajjiż iżda mhux biżżejjed għax Malta m’għandhiex proċedura kif dawn il-persuni jkunu identifikati.
//= $special ?>