Tħabbret il-mewt ta’ Tony Gambin li għamel 38 sena jservi bħala masseur tat-tim Nazzjonali Malti, fosthom tal-iskwadra tas-snin 80. L-aħħar logħba ta’ Gambin mat-tim Malti kienet fl-2016 kontra l-Moldova fejn hu serva lit-tim nazzjonali għal 350 partita. Dakinhar hu kien ġie rikonoxxut bi flokk kommemorattiv mill-eks President tal-MFA Norman Darmanin Demajo.
netnews isellem il-memorja ta’ Tony Gambin u joffri l-kondoljanzi lill-familja.
//= $special ?>