Sport Sport Ieħor

Jitlestew ir-rounds ta’ kwalifikazzjoni għat-Tim taż-Żgħażagħ Malti għall-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ

Pajjiżna se jkun rappreżentat minn 4 subien u 2 tfajliet fil-Kampjonati Ewrope taż-Żgħażagħ ta’ taħt it-18-il sena li oriġinarjament kellhom isiru fil-vaganzi tal-Għid iżda issa se jsiru wara s-sajf fl-Olanda.

Ir-rounds ta’ kwalifikazzjoni involva 36 logħba, 12-il logħba tal-Platinum Cup li saret f’Novembru 2020 u 24 logħba li ntlagħbu fil-Kwalifikaturi tat-Tazza tal-Mediterran li saru fl-aħħar ta’ Jannar ta ’din is-sena.

Iż-żewġ tfajliet li spiċċaw fl-ewwel żewg postijiet  kienu Ruslana Grima ta’ 16-il sena u Kathryn Fenech ta’ 15-il sena rispettivament, filwaqt li l-4 subien li ser jirrappreżentaw lil Malta se jkunu Nicholas Muscat ta’ 16-il sena, Kayden Lagana ta’ 13-il sena, Dwayne Zahra ta’ 15-il sena u Chris Fenech ta’ 14-il sena, ħu Kathryn. Iż-żgħażagħ se jkunu akkumpanjati mill-kowċ Mark Spiteri.