Futbol Sport

L-argument bejn Lukaku u Ibrahimovic fuq ħajt f’Milan

Hekk kif nhar il-Ħadd, Milan jilgħabu kontra Inter f’dik li qed titqies bħala l-partita tal-istaġun fis-Serie A minħabba li ż-żewġ timijiet jinsabu jokkupaw l-ewwel żewġ postijiet fil-klassifika, artist mhux magħruf f’Milan pinġa fuq ħajt l-mument fejn l-attakkant ta’ Inter Romelu Lukaku u l-attakkant ta’ Milan Zlatan Ibrahimovic ġew ras imb’ ras fil-partita mill-kwartifinali tal-Coppa Italia.

Dan l-argument saħansitra wasal quddieml-FIGC fejn iż-żewġ plejers qed jagħtu x-xhieda tagħhom ta’ dak l-intqal quddiem il-prokuraturi federali.

Fi tmiem il-ġimgħa, Inter qabżu lil Milan fl-ewwel post fis-Serie A, b’punt wieħed biss jifred liż-żewġ timjiet. Dan wara li Milan tilfu 2-0 barra minn darhom kontra Spezia filwaqt li Inter għelbu lil Lazio 3-1.