Lokali

L-impunita’ fil-konfront tal-membri tal-Kabinett baqgħet għaddejja taħt Robert Abela – PN

L-impunita’ fil-konfront tal-membri tal-Kabinett baqgħet għaddejja taħt Robert Abela minkejja li pajjiżna qed jaffaċċja theddid serju minħabba r-reputazzjoni.

Dan qalu l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija fejn saħaq li meta jibqa’ ma jieħux azzjoni fir-rigward ta’ Rosianne Cutajar, il-Prim Minstru Robert Abela qed jippermetti u jaċċetta nuqqas kbir ta’ standard etiku minn membru tal-Kabinett tal-Gvern Laburista. Dan, kompliet l-istqarrija, qed iwassal għal iktar impunita’, li tmur kontra l-interess pubbliku.

Il-Partit Nazzjonalista għalhekk għal darb’oħra appella lil Robert Abela sabiex jagħżel l-interess Nazzjonali u biex jaġixxi biex jirranġa l-ħsara kbira li diġa’ ġiet ikkawżata lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.