Rafael Nadal kwalifika għall-kwartifinali tal-Open tal-Astralja b’mod konvinċenta hekk kif għeleb lit-Taljan Fabio Fognini 6-3, 6-4, 6-2. Nadal se jilgħab kontra Stefanos Tsitsipas wara li l-Grieg kwalifika wara li l-avversarju tiegħu Andrea Berrettini ma lagħbx wara li kien miġugħ fl-abdominali.
Daniil Medvedev elimina lill-Amerikan Makcnezie McDonald 6-4, 6-3, 6-3 biex sar it-Tielet Russu li wasal mal-aħħar tmien f’dan it-tournament fejn se jilgħab kontra l-kompatrijott tiegħu Andrey Rublev wara li għeleb lil Casper Ruud 6-2, 7-6 bl-aħħar set ma jintemmx wara li Ruud irtira minħabba injury.
Ashleigh Barty ukoll fil-kwartifinali filwaqt li Elina Svitolina eliminata
Is-seed numru wieħed Ashleigh Barty kisbet post mal-aħħar tmienja meta wara biss siegħa u ħdax -il minuta għelbet lil Shelby Rogers 6-3, 6-4. Fil-kwartifinali, Barty se tilgħab kontra Karolina Muchova.
Elina Svitolina b’sorpriża kienet eliminata minn Jessica Pegula 6-3, 3-6, 6-3. Pegula issa se tilgħab kontra Jennifer Brady.
//= $special ?>