Sliema Wanderers laħqu ftheim ma’ NM Group sabiex ikun l-isponsor il-ġdid kemm tal-iskwadra ewlenija kif ukoll tan-nursery.
NM Group hija kumpanija tal-accounts u kienet imwaqqfa 30 sena ilu minn Noel Muscat, persuna b’passjoni kbira lejn il-futbol u avukat tal-isports. Il-familja Muscat għandha konessjonijiet li jmorru lura għal passat ma’ Tas-Sliema hekk kif Noel u martu Silvana kienu jgħixu hemm. It-tifel tagħhom Beppe, lagħab f’kull livell man-nursery ta’ Sliema Wanderers u saħansitra lagħab mat-tim tal-kbar għal seba’ snin.
“L-isport, b’mod speċjali l-futbol għallmuni li nkunu dixxiplinat tiegħu nnifsi, naħdem f’tim, konċentrazzjoni fuq dak li nagħmel u perseveranza, b’dawn il-valuri tirnexxi kemm fil-ground kif ukoll barra”, qal Noel Muscat.
Sliema Wanderers fuq il-flokk se jkollhom il-logo tal-kumpanija kif ukoll iċ-ċentru sportiv ta’ Sliema f’Tigne se jkun msemmi bħala NM Group Sliema Wanderers F.C Sports Complex. Dan il-ftehim bejn Sliema u NM Group jimmarka bidu ġdid għal Sliema wara ġimgħat diffiċli għall-klabb.
//= $special ?>