Chris Cassar
SWIEQI U. …………………….. 1
PEMBROKE A. ……………….. 3
Swieqi U: J.C. Debattista, M. Attard, J. Magri Overend, J. Micallef, J. Willy, S. Ibrahim, A. Schembri Wismayer, M. Vella, C. Cutajar, F. Temile, J. Azzopardi.
Pembroke A: P. Schranz, A. Marshall, K. Farrugia, D. Sant, K. Frendo, Pedrinho, N. Frendo, A. Abdul, C. Zammit, J. Bajada, P.P. Sammut.
Referee: Slobodan Petrovic
Pembroke flimkien ma’ Marsa għamlu pass importanti lejn il-promozzjoni b’rebħiet konvinċenti. Pembroke kienu mpenjati fl-iktar logħba mistennija kontra t-tim ta’ Swieqi li jinsab fit-tielet post. Għal Swieqi din kienet l-aħħar opportunita biex jisfidaw lit-tnejn ta’ fuq, iżda fil-ġurnata Pembroke kienu aħjar f’logħba mill-iktar sabiħa, logħba ta’ livell għoli ta’ futbol.
Bidu ferm aggressiv miż-żewġ naħat għalkemm kienu iktar Swieqi li bi pressing ferm għoli ddominaw l-ewwel minuti tal-logħba. U ma kinitx sorpriża li Swieqi fetħu l-iskor b’azzjoni bejn Willy u Temile, bil-ballun jasal għand Schembri Wismayer li ra x-xutt tiegħu salvat mill-goalkeeper iżda mir-rebound Salis Ibrahim skorja mill-viċin.
Ir-risposta ta’ Pembroke kienet immedjata u effettiva għaliex żewġ minuti wara kisbu d-draw meta Abdul qassam lejn Peter Paul Sammut li minn pożizzjoni angolata għeleb lil Debattista b’xutt preċiż fil-baxx.
Il-logħba saret iktar bilanċjata biż-żewġ naħat ferm veloċi fl-azzjonijiet tagħhom. Fl-24 minuta Pembroke marru fil-vantaġġ b’azzjoni irreżistibbli ta’ Abdul fuq ix-xellug fejn dan qassam għan-nofs fejn daħal tajjeb Neil Frendo li skorja b’xutt fil-baxx minkejja t-tentattiv iddisprat ta’ Debattista li pprova jsalva x-xutt li xorta spiċċa fix-xibka.
Fit-30 minuta Abdul rebaħ dwell fil-midfield u minn distanza pprova xortih bil-ballun imur ftit għoli. Pembroke issa kienu fil-kontroll tal-logħba u fil-41 minuta żball mid-difensur ta’ Swieqi Marc Attard u daħal bħal vleġġa Abdul Abdeen li quddiem Debattista ma żbaljax. Minuta wara kien Debattista li evita r-raba’ gowl bintervent mill-aqwa fuq xutt ta’ Bajada. Fit-tieni taqsima r-ritmu naqas xi ftit iżda l-logħba baqgħet ferm sabiħa u movimentata, biż-żewġ naħat imorru qrib li jiskorjaw diversi drabi iżda l-iskor baqa’ ma nbidilx.
Lydon Micallef b’ħames gowls għal Marsa biex iżommu l-pass ma’ Pembroke
Qormi………………………..1
Marsa…………………………5
Qormi: M. Falzon, O. Sidibe, M. Busuttil, A. Ayoub, L. Farrugia, L. Theuma, G. Borg, N. Meli, I. Mizzi, N. Gauci, A. Da Silva
Marsa: N. Vella, P. Chricop, J. Bondin, D. Agius, A. Monticelli, M. Micallef, J. Lima, C. Gatt Baldacchino, D. Grima, M. Texeira, L. Micallef
Referee: Etienne Mangion
Marsa żammew il-pass ma’ Pembroke fil-quċċata tal-klassifika meta b’mod faċli għelbu lit-tim tal-qiegħ Qormi 5-1. L-eroj għal Marsa f’din il-partita kien l-attakkant Lydon Micallef li skorja l-ħames gowls.
Il-gowls ta’ Micallef wasslu fit-12, 22, 38, 47 u d-90 minuta b’Qormi jiskorja l-gowl tal-konsolazzjoni fil-75 minuta peremzz ta’ Ryoma Uriu.
BOV CHALLENGE LEAGUE
Illum: Qormi v Marsa 1-5, Swieqi U. v Pembroke A. 1-3
//= $special ?>