Coronavirus Lokali

Residenti u ħaddiema tad-Dar tal-Providenza jibdew jieħdu l-vaċċin kontra l-Covid-19

Dalgħodu, ir-residenti u l-ħaddiema tad-Dar tal-Providenza ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19.

Fi stqarrija, id-Dar irringrazzjat għall-kollaborazzjoni lill-Awtorità għall-Ħarsien tal-Istandards Soċjali.

L-ewwel li ħadu t-tilqima f’din id-Dar kienu r-residenta Christine Borg u l-ħaddiema Mary Rose Pulis.