Wara li lbieraħ komplew jinkixfu aktar stejjer dwar il-flus li allegatament daħlet is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar minn deal li ried jagħmel in-negozjant Yorgen Fenech fuq propjeta fl-Imdina, dalgħodu l-istess Cutajar baqgħet ma ċaħditx li ma ddikjaratx l-eluf li ingħatat. Quddiem Kastilja, Cutajar qaltilna biss “ma ħadt xejn biex naġevola lil xi ħadd bil-politika tiegħi”.
Skont ir-rapport fis-Sunday Times, Rosianne Cutajar ħadet €9,000 minn ammont ta’ flus kontanti li jlaħħaq l-€40,000 mogħtija lilha minn Fenech. Dan il-ħlas allegatament sar bħala parti minn ftehim dwar proprjetà illi kien qed isir fl-2019, ftit xhur biss qabel Yorgen Fenech ġie arrestat.
U quddiem dan kollu, il-Prim Ministru Robert Abela qed jirrifjuta li jieħu kwalunkwè azzjoni kontra d-Deputat tiegħu ..u qed jaghzel li jibqa’ jistenna.
Anke d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qalilna li l-Gvern Laburista qiegħed jistenna l-eżitu ta’ dak li ser ikun qiegħed jgħid George Hyzler, filwaqt li wieħed mill-aktar Ministri qrib Robert Abela …l-eks chief of staff tiegħu Clyde Caruana…. prova jiddistanzja ruħu minn din it-tema taħraq.
Dan filwaqt li l-bqija tal-membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela nħbew wara r-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards.
//= $special ?>