Il-pulizija fi New York arrestaw raġel li kien armat b’sikkina u li kien qed iħebb għal diversi nies fis-subway tal-belt. L-attakki, fi tmiem il-ġimgħa, saru mingħajr ebda provokazzjoni u rriżultaw f’żewġ persuni maqtula u talanqas żewġ midruba.
Il-vittmi kienu kollha persuni mingħajr dar, bl-aggressur – Rigoberto Lopez – qed ikun akkużat biż-żewġ każi ta’ omiċidju u dwar attentati oħra fuq il-ħajja tan-nies. Ir-rapporti qalu li l-pulizija arrestaw lill-aggressur, li wkoll mgħandux residenza fissa, f’ħin meta hu kien miexi bi ħwejjġu mċappsin bid-demm.
L-omiċidji seħħew fl-istazzjonijiet tas-subway f’Manhattan u Queens, bil-vittmi jkunu raġel ta’ ftit aktar minn 50 sena u mara ta’ 44 sena li mietet l-isptar wara li nstabet f’għadira demm fit-207th Street station ta’ Manhattan.
L-uffiċjali tal-pulizija qalu li l-vittmi spiċċaw attakkati għall-għarrieda u fil-preżent qed jippruvaw isibu r-raġuni għal dan ‘l-aggrediment bla sens tan-nies’.
//= $special ?>