Internazzjonali Sport Sport Ieħor

Terremot qawwi f’waħda mill-ibliet fejn se jsiru l-Olimpjadi

(Ritratt: EPA)

Fortunatament ma kienu rrapurtati l-ebda ħsarat hekk kif terremot qawwi ta’ 7.3 fuq l-iskala richter kien irreġistra f’Fukushima, waħda mill-ibliet fejn se tospità l-logħob Olimpiku fis-sajf li ġej.

Diversi bliet oħra madwar il-Ġappun ħassew dan it-terrimot bl-epiċentru tiegħu jkun 60km l-barra minn Fukushima fil-baħar Paċifiku. Matul il-jum ġew irreġistrati thezziziet oħra bl-aktar waħda qawwija tkun dik ta’ 5.2. L-Olimpjadi għandu jibdew fit-23 ta’ Lulju u jispiċċaw fit-8 ta’ Awwisu u eżattament wara jsegwu l-logħob Paralimpiku.