Internazzjonali

Tkompli teskala t-tensjoni fil-Myanmar; San Su Kyi tinżamm arrestata

Tkompli teskala t-tensjoni fil-Myanmar b’aktar protesti minn gruppi ta’ dimostranti minkejja l-preżena qawwija ta’ tankijiet militari f’għadd ta’ toroq tal-ibliet tal-pajjiż.

Fl-aħħar għaxart ijiem kienu fil-mijiet tal-eluf id-dimostranti li niżlu fit-toroq jipprotestaw u jitolbu li d-demokarzija terġa’ ssaltan, u li jiġu rrilaxxati l-mexxejja li eleġġew huma u li qed jinżammu taħt arrest.

Madankollu ftit tas-sigħat ilu, l-militar ikkoferma li se jibqa’ jżomm lil Aung San Su Kyi għal jumejn oħra.

San Su Kyi flimkien ma’ membri oħra eletti tal-Gvern ġew arrestati fl-1 ta’ Frar iżda hi kellha tkun illiberata llum.

San Su Kyi u l-partit tagħha kienu għamlu rebħa kbira f’Novembru, madankollu l-armata insistiet li l-elezzjoi kienet imbagħbsa mingħajr ma pprovdiet provi ta’ dan.

Uħud mid-dimostranti fl-istat ta’ Kachin esprimew tħassib li l-armata tista’ saħansitra taqta’ l-provvista tal-elettriku.