F’partita miftuħa għal kull riżultat Verona kisbu tlett punti mportanti bi bihom telgħu fid-disa’ post fil-klassifika bi 33 pount filwaqt li Parma baqgħu fil-post ta’qabel tal-aħħar bi 13 il-punt. Wara biss tmien minuti Parma marru fil-vantaġġ. Foul ta’ Marco Silvestri fuq Yann Karamoh, ir-referee Luca Massimi mar għal VAR. Saffar penalty li minnu JURAJ KUCKA għeleb lil istess Silvestri. Reazzjoni immedjata minn Verona li ħames minuti wara għamlu l-iskor 1 – 1 . Kevin Lasagna lejn FEDERICO DIMARCO li għeleb lil Luigi Sepe. Bil-partita tibqa’ bbilanċjata fit-62 minuta Verona marru fil-vantaġġ. Azzjoni ta’ Federico Di Marco b’ ANTONIN BARAK jgħeleb lil Sepe għat 2 – 1, riżultat li biħ intemmet il-partita.
//= $special ?>Verona jirritornaw għar-rebħ
