Futbol Sport

Winston Muscat jirriżenja minn kowċ ta’ Tarxien Rainbows

Wara t-telfa ta’ 7-0 kontra Santa Lucia, il-kowċ Winston Muscat u l-assistent tiegħu Adrian Buttigieg taw r-riżenja tagħhom minn kowċ u assistenti kowċ ta’ Tarxien Rainbows rispettivament.

Muscat kien inħatar bħala kowċ ta’ Tarxien f’Ġunju li għadda bit-tama li l-klabb jirnexxielu jsalva postu fil-Kampjonat BOV Premier wara li fl-istaġun li għadda Tarxien evitaw r-relegazzjoni wara l-vot fil-Kunsill tal-MFA.