Lokali

Anzjan iweġġa’ gravi wara li ttajjar f’Ta’ Xbiex

Anzjan ta’ 75 sena residenti l-Mosta intlaqat minn vettura fi Triq ix-Xatt f’Ta’ Xbiex. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.20 tat-Tlieta filgħodu.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-anzjan ta’ 75 sena intlaqat minn karozza
Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 73 sena residenti Ta’ Xbiex.

Minnufih issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna filwaqt li ambulanza ħadet lill-anzjan ta’ 75 sena l-Isptar Mater Dei.

Aktar tard huwa kien iċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.