Internazzjonali

Bangladesh: Kundannati għall-mewt għall-qtil ta’ blogger

Qorti f’dan il-pajjiż ikkundannat ħames irġiel għall-mewt b’konnessjoni mal-qtil brutali ta’ blogger li kien seħħ f’Dhak,a fi Frar ta’ sitt snin ilu. Intant, aggressur ieħor marbut mal-każ ingħata sentenza ta’ ħabs għal għomru.

Il-blogger, Avijit Roy– li twieled f’Bangladesh u kien ibbażat l-Istati Uniti – kien spiċċa attakkat minn grupp ta’ irġiel armati bis-skieken kbar waqt li kien ħiereġ minn fiera tal-kotba.

Roy, ateista magħruf, kien irrabja lill-konservattivi Iżlamiċi bil-kitbiet tiegħu dwar ir-reliġjon u l-qtil tiegħu seħħ fost sensiela ta’ attakki fuq personalitajiet sekulari mill-gruppi ta’ militanti Iżlamiċi.