Raġel ta’ 21 sena residenti Raħal Ġdid, għall-ħabta tat-20.00 tat-Tnejn, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku viċin il-Ġnien Olimpiku, ix-Xemxija.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip SYM Symphony u waqa’.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>