Lokali

Bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura

Raġel ta’ 46 sena li jgħix Ħal Qormi kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għal kura wara li intlaqat minn vettura.

It-Tlieta filgħodu, , għall-ħabta tal-10.45, il-Pulizija intalbet biex tassisti fi Triq Santu Rokku, Ħal Qormi.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li r-raġel intlaqat minn vettura Peugeot 106, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 79 sena li jgħix Ħal Qormi,waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fuq sellum.

Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.