Bejn it-Tnejn u t-Tlieta, f’pajjiżna ġew irreġistrati 102 każi ġodda filwaqt li fiequ 124 persuna. Dawn iċ-ċifri jtellghu għal in-numru totali ta’ persuni li ħadu l-virus f’Malta sa mill-bidu tal-firxa tal-pandemija fil-Gżejjer Maltin għal aktar minn 20,000.
Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra żewġ vittmi oħra tal-pandemija; mara ta’ 83 tilfet ħajjitha fir-residenza San Vinċenz De Paule filwaqt li raġel ta’ 72 sena miet fl-Isptar Mater Dei.. dawn l-imwiet itellgħu it-total ta’ vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna issa jammonta għal 297.
Il-Każi attivi f’pajjiżna bħalissa jammontaw għal 2,318 dan filwaqt li sal-jum tat-Tnejn ingħataw aktar minn 50 elf doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19… minn dawn 17,102 ingħataw it-tieni doża.
//= $special ?>