Futbol Sport

David Alaba għal ma’ Real Madrid ?

Aktar kmieni illum il-plejer Awsrtijak ta’ Bayern Munich ħabbar li s-sajf li ġej se jkun qed iħalli lill-klabb wara 13-il sena fil-Ġermanja.

Alaba li għandu 28 sena, ħa din id-deċiżjoni wara li fis-sajf huwa se jispiċċa mingħajr kuntratt hekk kif ma laqħaqx ftehim mat-tim Ġermaniż. Wara din id-deċiżjoni bosta klabbs fl-Ewropa jinsabu interessati fid-difensur laterali fosthom Real Madrid, Barcelona, PSG, Chelsea , Manchester United u Manchester City.

L-Awstrijak kiseb diversi suċċessi ma’ Bayern Munich fosthom rebaħ disa’ darbiet il-Bundesliga, kif ukoll żewġ treofej tal-UEFA Champions League.

Sadanittant il-ġimgħa l-oħra Alaba kien ukoll parti mit-tim li rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs li saret fil-Qatar, biex b’hekk sar it-tieni tim fl-istorja li żamm is-sitt tazzi disponibbli f’sena waħda, wara Barcelona fl-2009.