Is-serb tmien darbiet ċampion tal-Open tal-Awstralja Novak Djokovic għeleb l-isfida tal-Ġermaniż Alexander Zverev 6-7 6-2 6-4 7-6 sabiex ikkwalifika għas-semi finali f’Melborune.
Fis-semi finali issa Djokovic jiltaqa’ ma’ Aslan Karatsev li aktar kmieni illum għeleb lil Bulgaru Grigor Dimitrov 6-2 4-6 1-6 2-6 fejn sar l-ewwel tennist li wasal sas-semi finali fid-debut tiegħu fil-grand slam, fl-Open Era.
Għada billejl imiss jintlagħbu il-partiti bejn Rafael Nadal u Stefanos Tsitsipas kif ukoll Andrey Dublov u Daniil Medvedev, sabiex ir-rebbieħa jitlaqgħu fis-semi finali l-oħra.
Sadanittant, l-Amerikana Serena Williams għelbet lir-Rumena Simona Halep 6-3 6-3 sabiex fis-semi finali se tiltaqa’ kontra l-kompatrijotta Amerikana Naomi Osaka. Is-seed numru tlieta għelbet l-isfida ta’ Su-Wei Hiseh 6-2 6-2 biex b’hekk iż-żewġ Amerikani se jkunu qegħdin jilgħabu għal ħames darba kontra xulxin, b’żewġ rebħiet kull wieħed fil-partiti preċedenti.
MIn-naħa l-oħra fil-kwarti finali l-oħra Ashleigh Barty taffronta lil Karolina Muchova filwaqt li Jennifer Brady tilgħab kontra Jessica Pegula, bir-rebbieħa javvanzaw għas-semi finali.
//= $special ?>