Lokali

Għandu jitħaffef il-programm tat-tilqim biex jintlaħħqu l-miri nazzjonali – PN

Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lil dawk kollha li huma nvoluti fil-programm nazzjonali tal-vaċċinazzjoni tal-ħidma u d-dedikazzjoni tagħhom. Permezz ta’ stqarrija mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa u r-Rispons għall-Pandemija Stephen Spiteri l-PN qal li se jibqa’ jisħaq li l-Gvern għandu jassigura li nħaffu kemm jista’ jkun dan il-programm nazzjonali tal-vaċċinazzjoni biex nilħqu l-miri importanti li nnaqsu l-imwiet u nevitaw l-imxija tal-virus u l-varjanti tiegħu.

Dan meta fid-dawl tal-varjant tal-COVID-19 li nstab ukoll f’pajjiżna, jeħtieġ aktar responsabbilta’ fejn jidħlu l-miżuri u l-infurzar sabiex l-imxija tal-virus ma tkunx ta’ theddida għas-saħħa pubblika. Nafu li dan il-varjant jinfirex u jittieħed iktar malajr fil-komunita’ u għaldaqstant jeħtieġ screening iktar wiesa’ u contact tracing effiċjenti. Dan permezz ta’ fost l-oħrajn monitoraġġ serju fl-ajruport u l-portijiet biex l-importazzjoni tal-COVID-19 tiġi evitata kemm jista’ jkun.

Dan għandu jkun miżjud mal-osservazzjoni serja tal-miżuri u direttivi li jiġu ordnati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa flimkien ma infurzar strett fejn meħtieġ, speċjalment f’sezzjonjiet tas-soċjeta’ fejn jiġi osservat l-illaxkar.