Lokali

Ħabta bejn mutur u scooter tħalli żagħżugħ gravi

Żagħżugħ ta’ 26 sena minn San Ġwann weġġa’ gravi wara li ħabat ma’ mutur fl-Iklin.

Il-pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15pm fi Triq Erin Serracino Inglott.

Iż-żagħżugħ ta’ 26 sena kien qiegħed isuq e-kick scooter filwaqt li l-mutur kien qiegħed jinstaq minn raġel ta’ 61 sena mill-Mosta.

Ir-raġel ta’ 26 sena ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijeit għadhom għaddejjin.