L–Assoċjazzjoni Maltija tad–Dijabete tappella lill-Gvern sabiex jagħti patches b’xejn lil kull min ibati mid-dijabete tat-tip 1 sabiex ikun hemm moniteraġġ fuq il-livell taz-zokkor tagħhom, erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.
“Hekk kif persuni li jgħixu bid-dijabete tat-tip 1 jibdew jikbru, jibdew jesperjenzaw problemi tas-saħħa relatati mad-dijabete kif ukoll sfidi finanzjarji.
L-immaniġġjar u l-kontroll effettiv tad-dijabete huwa għalhekk essenzjali għall-benesseri ta’ kull persuna u dan jista’ jinkiseb permezz ta’ apparat CGM b’monitoraġġ kontinwu. L-Assoċjazzjoni għalhekk tħeġġeġ lill-gvern biex jintroduċi apparat bħal dan għall-persuni kollha li jgħixu bit-tip 1 dijabete irrispettivament mill-età.
Dan għandu jitqies mill-gvern bħala investiment fit-tul billi dawn il-persuni jkunu fl-aħħar mill-aħħar qed jikkontrollaw il-kundizzjoni tagħhom aktar b’mod effettiv. ” qalet l-Assoċjazzjoni.
L-Assoċjazzjoni tħoss li l-proġett pilota kellu jkun immirat ukoll għal diversi persuni li jgħixu bid-dijabete tat-tip 1 minn gruppi ta’ etajiet differenti. “Dan kien jipprovdi ċar stampa tal-effettività ta’ apparat bħal dan minn persuni minn gruppi ta’ etajiet differenti.
“B’kura u trattament aħjar, u permezz tal-użu effettiv tas-CGMs, il-persuni kollha li jgħixu bid-dijabete tat-tip 1 jistgħu ikollhom immaniġġjar u kontroll tad-dijabete tajjeb sabiex jitnaqqsu l-każi ta’ persuni li jkollhom jiddaħħlu l-isptar minħabba kumplikazzjonijiet relatati mad-dijabete” tenniet l-assoċjazzjoni.
//= $special ?>