Skont il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana, jekk il-Kummissjoni Ewropea ma tagħtix il-permess għal state aid, l-Air Malta tfalli fi ftit ġimgħat. Fi kliem sempliċi, l-Unjoni Ewropea hija l-uniku tama biex il-linja nazzjonali ta’ pajjiżna tinżamm ħajja.
F’intervista mal-gazzetta illum, il-Ministru żvela li t-talba lill-Kummissjoni Ewropea għal state aid se tkun qed titressaq sal-aħħar tax-xahar id-dieħel.
Fl-intervista, Clyde Caruana qal li l-pajn irid ikun wieħed kredibbli u onest. Iżda ma tax aktar dettalji, inkluż jekk hux se jiġu salvagwardjati l-impjiegi tal-ħaddiema preżenti.
“L-għajnuna tal-Gvern irid ilaħħaq għexieren ta’ miljuni ta’ ewro”, sostna l-Ministru tal-Finanzi. Għalkemm fl-ebda ħin ma spjega kif il-kumpanija waslet fix-xifer, u d-deċiżjonijiet politiċi li ttieħdu minn Ministri preċedenti – fosthom Konrad Mizzi u Silvio Schembri – biex l-Air Malta waslet f’dan il-punt kritiku.
//= $special ?>