Il-Partit Nazzjonalista jinnota li l-aħbar li l-Gvern Laburista taparsi nduna issa li iktar minn 1,200 barrani ġew impjegati llegalment b’detriment għall-impjiegi tal-Maltin, hija insult għall-istess dinjita’ tal-ħaddiema. Il-Ministru għax-Xogħol Clyde Caruana kien il-persuna responsabbli biex eluf ta’barranin jinġiebu jaħdmu Malta fl-aħħar snin u l-JobsPlus, li tagħha kien chairman , għalqet għajnejha għall-impjiegi ta’ eluf ta’ barranin li ġew impjegati ma’ terzi b’kundizzjonijiet tax-xogħol inumani.
Fi stqarrija, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għax-Xogħol, Taħriġ, Kompetittività u Intrapriża Jason Azzopardi kif ukoll il-President Solidarjeta’ Ħaddiema PN Ivan Castillo saħqu li huwa fatt li JobsPlus għalqet għajnejha għal dan l-abbuż u ħallietu joktor. Allura l-istess Gvern kien kompliċi fil-ksur persistenti u intenzjonat tal-liġi, liema ksur ġab ħafna prekarjat f’pajjiżna. Kien il-Gvern Laburista stess li minflok inforza l-liġi, ħajjar il-ksur tagħha b’detriment għall-pagi tal-ħaddiema Maltin. Il-Partit Nazzjonalista jinnota wkoll li l-Gvern irrifjuta l-proposta ta’ diversiemployers sabiex ikun hemm codes of conduct imsejħa b’liġi li jirregolaw il-platform economy .
Il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Gvern sabiex mill-aktar fis imur quddiem l-imsieħba soċjali fl-MCESD u jagħti spjegazzjoni ċara fejn sejjer f’dan il-qasam fi żmien hekk sensittiv għal pajjiżna.
//= $special ?>