Malti Awstraljan minn Queensland spiċċa l-ħabs wara li nstab ħati li b’mod repetut abbuża minn tfal taħt l-età u dan meta nqabad b1,581 ritratt fuq il-mobile tiegħu li kien taħt is-sodda tiegħu.
Dennis Gerald Brincat ta’ 41 sena, instab ħati li qassam materjal pornografiku u kien involut f’dik li tissejjaħ pedopornografija. Fl-2015 huwa kien iffranka ħafna mis-sentenza ta’ ħabs wara li kien instab ħati ta’ reati simili fejn iffaċċa seba’ akkużi u fl-2016 kien inħeles.
Fuq l-aktar każ riċenti huwa kien ingħata sentenza sospiża ta’ ħabs għall-perjodu ta’ 18-il xahar, iżda sar Appell. L-opinjoni pubblika fil-pajjiz laqgħet din is-sentenza b’rabja kbira fejn dan l-att kriminali seħħ f’Mena Creek, villaġġ żgħir li fih jgħixu biss 300 ruħ, u li jinsab fit-Tramuntana ta’ Queensland.
L-Avukat Ġenerali Yvette D’Ath appellat is-sentenza sospiża bil-Qorti tal-Appell tordna li Brincat, li huwa bidwi, jinżamm arrestat, u li għandu jservi mill-inqas sitt xhur ħabs qabel ma jkun eliġibbli għall-parole.
Il-Prosekutur tal-Kuruna Sarah Farnden qalet lill-Qorti tal-Appell li l-Pulizija sabu aktar minn 1,500 immaġni ta’ pornografija tat-tfal fuq il-mobile ta’ Brincat, bil-Qorti, preseduta mill-Imħallfin Philip Morrison, Philip McMurdo u James Henry, taqbel mas-sottmissjonijiet tal-Avukat Ġenerali, bl-appell jintlaqa’ u tiġi annullata s-sentenza preċedenti tal-Qorti.
Yvette D’Ath ikkirtikat ħafna s-sentenza tal-Ewwel Qorti u qalet li din ma ħarsitx sew lill-vittmi. “Għandhom jiġu imposti sentenzi ta’ deterrent xierqa biex jiżguraw li t-tfal ikunu protetti mill-isfruttament, hija qalet lill-Qorti tal-Appell.
Il-Qorti ordnat li jinħareġ mandat għall-arrest tiegħu minnufih “In-nuqqas ta ‘perjodu ta’ kustodja kien ċarament irraġonevoli,” qal l-Imħallef Philip McMurdo meta qara s-sentenza fejn it-trio ta’ Imħallfin qalu li s-sentenza preċedenti li kienet inadegwata.
Il-Imħallef McMurdo qal li l-istorja kriminali hija rilevanti u t-trasmissjoni ta’ materjal ta ‘abbuż tat-tfal fl-2015 kellha tkun ikkunsidrata. Brincat kien serva sitt xhur ħabs wara li wieġeb ħati u wara nħeles fuq sentejn probation.
Minbarra r-reat tal-pussess ta’ materjal għall-isfruttament tat-tfal, Brincat wieġeb ħati wkoll f’Ġunju li ta lill-uffiċjali informazzjoni qarrieqa. Dan wara li kien qal li kien rema’ l-mobile fl-għalqa tiegħu.
Brincat li skansa l-ħabs għal darba darbtejn u dan peress li l-Ewwel Qorti
qalet li l-isfruttament tiegħu ma kienx wieħed vili kif pinġitu l-Prosekuzzjoni.
Kien ingħad ukoll fl-ewwel sentenza li “x’aktarx il-ħabs mhu se jħalli ebda impatt fuqu u li l-imġiba tiegħu kienet qed “titjieb”, u tenniet ukoll li l-ebda waħda mill-immaġini misjuba ma kienet fil-kategorija meqjua ‘erbgħa” li skont il-liġi Awstraljana hjia l-iktar serja.
Għaqdiet li jaħdmu fl-Awstralja kontra l-pedofelija u l-pornografija tat-tfal fosthom l-organizzazzjoni għall-protezzjoni tat-tfal Bravehearts, immexxija minn Hetty Johnston, qalet li s-sistema tal-Qorti ma kinitx qed tara l-pussess ta ‘pornografija tat-tfal bħala “reat serju”.
Ingħad ukoll li l-Iimħallfin għandhom ikunu jafu li l-akkużi materjali ta’ sfruttament tat-tfal qed jaffettwaw tfal reali li verament qed jiġu abbużati sesswalment u dawk li jiksru dawn il-liġijiet għandhom jiġu kkundannati kif xieraq! Brincat se jkun eliġibbli għall-parole fit-12 ta’ Mejju, li
ġej.