L-anomalija marbuta mal-ħlasijiet għal min għandu l-pannelli tax-xemx jidher li qed toħloq inkwiet serju fil-kuriduri ta’ Kastilja. Tant li l-Ministru tal-Enerġija tinsab taħt pressjoni kbira biex issolvi din il-problema enormi, li tefa’ dawl fuqha il-Partit Nazzjonalista numru ta’ ġranet ilu.
F’kummenti lil Net News, il-Ministru Miriam Dalli, mingħajr ma qalet x’inhuma s-soluzzjonijiet, provat tindika li issa l-Gvern se jibda joffri kuntratti li jkopru 20 sena – idea li kienet diġa’ iddaħħlet fl-1 ta’ Jannar tal-2013 fi żmien Gvern Nazzjonalista.
Miriam Dalli imkien ma ammettiet li kien Gvern Laburista fl-2015 u fl-2017 li offra kuntratti qosra li jiskadu fi żmien 6 snin. Dan filwaqt li infexxet f’attakk partiġġjan kontra l-Kap tal-PN Bernard Grech.
Kien propju Bernard Grech illi fil-bidu ta’ dan ix-xahar tefa’ dawl fuq din il-problema. U wiegħed li Gvern ġdid Nazzjonalista iħallas lis-sidien tal-pannelli minimu ta’ 10c5 għal kull unit ta’ enerġija li jipproduċu.
Intant, meta wieġbet domandi dwar id-deal skandaluż tal-windfarms fil-Montenegro, Miriam Dalli kkonfermat li dan il-każ jinsab għand il-Pulizija. Kien fil-fatt f’Ottubru li għadda meta inkixfu aktar rabtiet li kien hemm bejn nies implikati fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-proġett tal-windfarms illi kienet xtrat il-kumpanija Enemalta fil-Montenegro, fiż-żmien meta Joseph Muscat kien Prim Ministru.
//= $special ?>