La int qed tgħin lil pajjiżna jkollu arja aħjar, int li għandek karozza elettrika, lilek aħna se nwiżnuk biex ngħinuk ħalli tagħmel dan il-pass għall-ġid tal-ambjent ta’ pajjiżna.
Din hija biss waħda minn diversi proposti li qed jimbotta ‘l quddiem il-Partit Nazzjonalista, fejn qed ikun imwiegħed li Gvern Nazzjonalista jraħħas it-tariffa ta’ matul il-lejl għall-karozzi elettrici minn 13ċ għal 10ċ5 – rohs ta’ 20%.
U wara li l-Hadd, il-Kap tal-PN Bernard Grech preżenta din il-proposta, kienu bosta r-reazzjonijiet pożittivi li waslu kemm minn familji u anke minn nies fl-industrija. Pozittivi wkoll ir-reazzjonijiet ta’ esperti fil-kamp mediku, għaliex l-inċentivar ta’ vetturi elettiriċi jfisser ukoll arja aktar nadifa – u inqas problemi respiratorji.
Il-Ħadd li għadda, Bernard Grech għamel aċċenn partikolari fuq il-qasam tal-enerġija, fejn saħaq li l-energija għandha ssir parti essenzjali mis-success li flimkien nistghu niksbu fil-futur. U proposti bħal dawn qed juru biċ-ċar li Gvern Nazzjonalista jista’ verament jagħmel id-differenza fil-ħajja tan-nies.
Bħalissa hemm skema tal-Enemalta biex min għandu karozza elettrika, jista’ japplika għal dik li suppost hija rata preferenzjali matul il-lejl, in-night tariff. Iżda din is-suppost night tariff mhi night tariff xejn.. Dan għaiex b’13ċ għal kull unit li tuża’ biex tiċċarġja l-karozza tiegħek, qed tispiċċa tħallas ogħla mill-irħas tariffa ta’ matul il-ġurnata. Taħt Gvern Nazzjonalista, dan kollu se jinbidel.
Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem fuq aktar proposti, sabiex il-poplu Malti u Għawdxi ikollu l-irħas kontijiet u l-iktar arja nadifa possibbli.
//= $special ?>