Futbol Sport

Rebħa komda għal Liverpool fl-ewwel leg

(Ritratt: EPA)

Liverpool iltaqgħaw kontra RB Leipzig fil-Puskas Arena f’Budapest, l-Ungerija. Leipzig ħarġu tajjeb u fil-ħames minuta kienu viċin ferm li jiftħu l-iskor hekk kif minn cross t’Angelino, Daniel Olmo ra d-daqqa ta’ ras tiegħi jistampa mal-lasta. Fl-24 minuta Liverpool irrispondew bid-daqqa ta’ ras ta’ Sadio Mane tgħaddi ftit barra wara cross tajjeb ta’ Roberto Firmino. B’Liverpool jiddominaw il-pusses tal-ballun Leipzig għalqu tajjeb b’Liverpool isibuwha diffiċli sabiex joħolqu aktar okkażjonijiet ta’ skor bl-ewwel taqsima tintemm bl-iskor ta’ 0-0.

Fit-tieni taqsima Leipzig ħarġu perikolużi fejn fis-47 minuta Alisson Becker wettaq save tajjeb fuq l-attakant Christopher Nkunku. Biex fit-53 minuta Liverpool fetħu l-iskor meta MOHAMED SALAH approfitta minn żball tad-difensur Marcel Sabitzer u tefa’ġewwa għal 1-0. Liverpool ma damux biex għamluwhom tnejn hekk kif fit-58 minuta SADIO MANE sab ruħu wiċċ imb wiċċ mal-gowlkiper u kkonkluda fil-lasta fuq pass ta’ Curtis Jones. Liverpool baqgħi jiddominaw l-partita u pattew għad-disfatta li kellhom fil-kampjonat Ingliż biex b’hekk jieħdu dan il-vantaġġ magħhom għat-tieni konfront kontra Leipzig fl-10 ta’ Marzu f’Anfield.