Meta quddiem il-Parlament il-Prim Ministru Robert Abela kien affaċjat bid-domandi ta’ Net News, stqarr illi sar jaf bl-istoja ta’ Rosianne Cutajar mill-media.
Robert Abela fl-ebda ħin ma ċaħad li Cutajar ħadet dawn l-eluf ta’ ewro f’cash. U l-Prim Ministru baqa’ jżomm lura milli jieħu azzjoni fil-konfront tad-Deputat Rosianne Cutajar.
Fil-fatt, minkejja li għadha membru fil-Kabinett tiegħu u fuqha għandha allegazzjonijiet serji dwar flejjes mhux iddikjarati, Robert Abela għadu jħoss li f’dan l-istadju ħadd m’ghandu jerfa’ r-responsabiltà politka. Dan meta qalilna li se jistenna l-eżitu tal-investigazzjoni li għaddejja bħalissa mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Istandards.
Intant, it-Tlieta wara nofsinhar, Rosianne Cutajar ma tfaċċatx fil-Parlament ghas-seduta li bdiet fl-4pm.
Fil-jum ta’ qabel, Rosianne Cutajar qalet biss li hi qatt ma ħadet xejn biex taġevola lil xi ħadd politikament. Dan meta kienet mistoqsija ċar u tond jekk tiċħadx dawn l-allegazzjonijiet.
//= $special ?>