Rosianne Cutajar qed tibqa’ ma tiċħadx l-istejjer dwar il-flus li allegatament daħlet minn deal li ried jagħmel in-negozjant Yorgen Fenech fuq propjeta fl-Imdina. U qed tirrepeti biss li hi qatt ma għamlet negozju ma’ Fenech. Bil-Prim Ministru – minflok jieħu azzjoni – jibqa’ jagħżel li jistenna.
Skont is-Sunday Times, Rosianne Cutajar ħadet €9,000 minn ammont ta’ flus kontanti li jlaħħaq l-€40,000 mogħtija lilha minn Fenech. Dan il-ħlas kien frott ftehim dwar proprjetà illi kien qed isir fl-2019.
Oriġinarjament, din l-istorja kienet harget f’Diċembru li għadda meta ġie żvelat kif Rosianne Cutajar issieħbet mal-ħabib tagħha Charles Farrugia, magħruf bħala it-Tikka, biex jinnegozjaw l-ftehim dwar proprjetà ta’ €3.1 miljun bejn Fenech u l-bejjiegħ tal-istess proprjetà, Joseph Camilleri.
Ma’ Net News, Cutajar qalet li hi m’għamlet xejn biex taġevola lil xi ħadd politikament, filwaqt li mat-Times stqarret li qatt ma’ għamlet negozju ma’ Fenech.
//= $special ?>