Is-Segretarjat Assistenza Soċjali (SAS) peremzz ta’ post fuq Facebook kitbet li kontinwament qed ikun innutat li qed jiżdiedu l-karavan u l-campers fit-toroq Maltin.
Il-post kompliet li ħafna mhux ilaħħqu biex iħallsu għal kirja ta’ flat, allura qed ikollhom jirrikorru biex jikru karavan. Huma saqsew jekk din hux is-soċjetà li rridu ngħixu fiha, u kif ukoll kif jista’ jkun li familja ta’ erba’ min-nies, bit-tfal żgħar jgħixu f’karavan fil-kesħa li qed tagħmel bħalissa.
Il-kumment jagħlaq billi jgħid li għandna nies li qed iħallsu mijiet t’ewro u xorta waħda m’għandhomx ċans għal għajxien diċenti.