Futbol Sport

Tirritorna l-UEFA Champions League

(Ritratt: EPA)

Mil-lejla jibda jintlagħab ir-round tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League, b’nofs il-partiti jintlagħbu bejn illum u għada filwaqt li l-kumplament jintlagħbu l-ġimgħa d-dieħla.

Fiż-żewġ partiti ta’ llejla, Barcelona jilqgħu lil PSG ta’ Franza f’partita li mistennija minn ħafna minħabba l-kwalitajiet taż-żewġ timjiet. PSG se jkunu mingħajr l-istilla Brażiljan Neymar wara li weġġa’ fil-kampjonat u mistenni jdum barra għal xi ġimgħat.

Liverpool se jkunu qed jittamaw li jieħdu ftit tan-nifs mir-riżultati negattivi fil-Premier League meta jilgħabu kontra RB Leipzig.

Għada, Juventus jilgħabu barra minn darhom kontra Porto, biċ-champions Taljani se jkunu qed ifittxu li javvanzaw kemm jistgħu f’din il-kompetizzjoni.

F’partita oħra, Sevilla jilgħabu kontra Borussia Dortmund f’partita li mistennija tkun waħda bilanċjata.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

ROUND TAL-AĦĦAR 16: Illum: Barcelona v PSG 9.00pm, RB Leipzig v Liverpool 9.00pm Għada: Porto v Juventus 9.00pm, Sevilla v B. Dortmund 9.00pm It-Tlieta 23 ta’ Frar: A. Madrid v Chelsea 9.00pm, Lazio v B. Munich 9.00pm L-Erbgħa 24 ta’ Frar: Atalanta v R. Madrid 9.00pm, B. M’g’bach v Man City 9.00pm